Home Net News L-Ingilterra jiskorjaw sebgħa u l-Portugall sitta

L-Ingilterra jiskorjaw sebgħa u l-Portugall sitta

2
0
SHARE
Advertisement

L-Ingilterra aċċertat millkwalifikazzjoni bl-iktar mod spettakolari meta f’Wembley għelbet lil Montenegro 7-0, fejn għall-Ingilterra l-attakkant ta’
Spurs skorja hat-trick.
Il-gowls l-oħra tal-Ingilterra kienu skorjati minn Oxlade-
Chamberlain, Marcus Rashfod, Abraham u ieħor minn awtogowl.
Mill-istess grupp għaddiet ukoll ir-Repubblika Ċeka li
rebħet il-konfront dirett kontra l-Kosovo 2-1.
Il-Portugall żammew ħajjin it-tamiet li jikkwalifikaw b’rebħa
kbira ta’ 6-0 kontra l-Litwanja. Is-solitu Cristiano Ronaldo skorja
tlieta mill-gowls tal-Portugall. Il-Portugall baqgħet iżżomm
punt vantaġġ fuq is-Serbja li kisbu rebħa ferm importanti
kontra l-Lussemburgu 3-2.
Franza wkoll kisbu l-punti talkwalifikazzjoni meta kisbu
rebħa mqanżħa kontra l-Moldova 2-1, bil-gowl rebbieħ
tal-Franċiżi jasal minn Olivier Giroud mill-11-il metru, 11-il
minuta mit-tmiem.
Mill-istess grupp flimkien ma’ Franza għaddiet ukoll it-Turkija
li kisbet il-punt li kellha bżonn fil-konfront dirett kontra l-
Iżlanda biex żammet erba’ punti vantaġġ fuq l-Iżlandiżi.
F’logħba oħra minn dan il-grupp ta’ Franza, Andorra kisbet
draw ta’ 2-2 barra minn darha kontra l-Albanija.

The post L-Ingilterra jiskorjaw sebgħa u l-Portugall sitta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here