Home Net News “Inħarsu ‘l quddiem għal dan il-konfront konxji mill-qawwa tal-avversarji” – Ray Farrugia

“Inħarsu ‘l quddiem għal dan il-konfront konxji mill-qawwa tal-avversarji” – Ray Farrugia

3
0
SHARE
Advertisement

Lejliet il-partita
mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni bejn Spanja u Malta f’konferenza stampa li saret
fl-Estadio Ramón de Carranza,  il-kowċ Nazzjonali
Malti Ray Farrugia qal li l-iskwadra qeda tħares ‘il quddiem sabiex tilgħab dan
il-konfront, konxji bil-qawwa tal-aversarji u saħaq li t-tim irid ikun kompatt
matul il partita kollha.

Dwar l-aħħar
konfront kontra l-Gzejjer Faroe, Farrugia qal li kien diżappuntanti li tlifna
1-0 pero wieħed irid jiftakar li fl-ewwel konfront il-Maltin ħarġu rebbieħa
2-1. Huwa qal ukoll li t-tim Nazzjonali għandu l-objettivi tiegħu li jrid
jilħaq pero bħalissa l-konċentrazzjoni tat-tim tinsab biss fuq dan il-konfront
kontra Spanja.

Mistoqsi dwar jekk
it-tim nazzjonali huwiex preparat biżejjed anke għal fatt li fl-ewwel konfront
l-iSpanjoli ddominaw f’dak li hu pusses, Ray Farrugia  qal li li jekk wieħed jara r-rekords ta Spanja,
dawn dejjem ikollhom bejn 72 u 80 fil-mija tal-pussess u li fl-ahhar logħba
kontra l-iZvezja fl-ewwel 6 minuti tal partita huma kellhom madwar 200 pass.
Huwa kompla billi qal li fil-parita t’għada qed jistenna l-istess andament f’dak
li huwa pussess hu għalekk il Maltin għandom ikunu ikkonċentrati mija fil-mija.

Minn naħa tiegħu
filwaqt li qal li bla dubju dan huwa wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja, id-difensur
ta’ Hibernians Adrei Agius qal li għat-tim Malti din il-partita xorta waħda
hija bħal l-ohrajn u qal ukoll li ser jagħmlu dak kollu possibli sabiex jilħqu
l-objettiv li għanda l-iskwadra sa tmiem il-gruppi ta’ kwalifikazzjoni.

Il-partita minn
Grupp F bejn Spanja u Malta ser tintlagħab 
għada fid-8:45pm  fl-Estadio Ramón
de Carranza f’Cadiz, Spanja. Fl-ewwel konfront f’Marzu li għadda Spanja ħarġet rebbieħa
2-0 f’ Ta’ Qali.

The post “Inħarsu ‘l quddiem għal dan il-konfront konxji mill-qawwa tal-avversarji” – Ray Farrugia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here