Home Net News “Għalkemm fl-aħħar żewġ logħbiet ikkrejajna ħafna, kellna nuqqas kbir ta’ preċiżjoni” –...

“Għalkemm fl-aħħar żewġ logħbiet ikkrejajna ħafna, kellna nuqqas kbir ta’ preċiżjoni” – Roberto Moreno

3
0
SHARE
Advertisement

Il-kowċ Nazzjonali ta’ Spanja Roberto Moreno, filwaqt li flebda ħin m’għamel referenza għall-partita ta’ għada kontra Malta, mistoqsi jekk kienx se jkompli bit-tmexxija tat-tim Nazzjonali hekk kif il-midja Spanjola dan l-aħħar spekulat li ma kienx se jkompli, huwa qal li l-logħba tal-futbol għalmitu li trid taħseb ġurnata b’ġurnata u li bħalissa qiegħed jiffoka biss filpartiti li ġejjin.

Waqt il-konferenza stampa saret referenza għall-plejer ta’ Wolves Adama
Traore, li l-prestazjonijiet tiegħu waslu sabiexMoreno jsejjaħlu fliskwadra
għal-logħbiet kontra Malta u r-Rumanija iżda sfotunatament għalih kellu jitwaqqa minħabba injury.

Roberto Moreno qal li kemm hu kif ukoll il-plejer jinsabu ddispjaċuti li
kellu jitlef dan iċ-ċans li jiddebutta anke għall-fatt li bejniethom it-tnejn hemm ħafna komuni minħabba li Traore beda l-karriera tiegħu ma’ La Florida, l-istess bħal Moreno, tim li ġej huwa bbażat f’ Hospitalet, fejn
anke twiled il-kowċ Nazzjonali Spanjol.
Moreno ġie mistoqsi wkoll jekk għadux bl-istess ħsieb li jkun uża t-tlett gowlkipers li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, iġifieri f’waħda minn
dawn il-partiti jilgħab lil gowlkiper ta’ Roma Pau López u qal li għalkemm fil-verita għada ma’ tteħdietx deċiżjoni fuq dan iżda saħaq li hu huwa bniedem li jżomm il-kelma.

Dwar x’kellu nieqes it-tim fl-aħħar żewġ partit kontra l-iŻvezja u n-Norveġja, li t-tnejn li huma spiċċaw fi dro ta’ 1-1, Moreno qal li għalkemm
kienu krejati ħafna opportunitajiet ta’ skor it-tim Nazzjonali Spanjol naqas mill-preċiżjoni filwaqt li qal ukoll li l-iskwadra ħadmet ħafna fuq dan fit-taħriġ u jispera li jara r-riżultati fil-pitch.
Mistoqsi dwar jekk hux qed iħares ‘il quddiem sabiex jerġa jifforma koppja fid-difiża ma’ Gerard Piqué fl-iskwarda għall- Olimpjadi 2020, b’dan tal-aħħar riċentament juri x-xewqa publikament li jagħmel dan, iddifensur
ta’ Real Madrid Sergio Ramos qal li bla dubju dan ikun unur kbir għalih iżda saħaq ukoll li għad fadal iż-żmien u għalissa jinsab ikkonċentrat fuq il-
Kampjonat Ewropej li ġejjin.

The post “Għalkemm fl-aħħar żewġ logħbiet ikkrejajna ħafna, kellna nuqqas kbir ta’ preċiżjoni” – Roberto Moreno appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here