Advertisement
L-infermier li spijja fit-toilets tal-membri tal-istaff nisa
fl-Isptar Mater Dei instab ħati. Alexander Borg ingħata multa ta’ €5,500 u sentenza
ta’ ħabs sospiża għal tliet snin.
Il-ġimgħa li għaddiet, Borg ammetta għall-akkużi miġjuba
kontrih u tpoġġa taħt trattament psikoloġiku għal perjodu ta’ tliet snin.
Ir-raġel ta’ 28 sena wieġeb ħati li ħa ritratt privat u ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-persuna. Quddiem il-Maġistrat Astrid Grima ħareġ li l-vittmi huma professjonisti mediċi.
The post Ħati l-infermier li spijja fit-toilets tan-nisa fl-isptar appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook