Home Newsbook Filmat: X Factor – “Leħinna qabel ħafna”

Filmat: X Factor – “Leħinna qabel ħafna”

4
0
SHARE
Advertisement

Il-parteċipanti ċċaqilqu mhux ftit hekk kif Michelle Ellul, Destiny Chukunyere u Chantal Catania taw l-interpretazzjoni tagħhom tal-kanzunetta Proud Mary.

L-enerġija ta’ bejniethom inħasset sew u Ray Mercieca ma ħassx li kellu
għalfejn jomgħodha.

It-tlieta li huma għaddew għall-fażi li jmiss u ċertament li se jkomplu
jiġbdu ħafna aktar attenzjoni fuqhom.

Destiny mhux wiċċ ġdid fix-xena muzikali u rajniha bħala rebbieħa
tal-Junior Eurovision Song Contest kif ukoll fil-Britain’s Got Talent.

Chantal ġibdet ħafna attenzjoni fuqha bil-vuċi tagħha meta nterpretat
il-kanzunetta ta’ Edith Piaf waqt l-audition, u qassmet ukoll l-istorja ta’
ħajjitha.

Naraw aktar x’se jkun qed joffrilhom X Factor Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

The post Filmat: X Factor – “Leħinna qabel ħafna” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here