Home One News Wara 18-il sena jtemm karriera ta’ suċċessi fil-Korp tal-Pulizija

Wara 18-il sena jtemm karriera ta’ suċċessi fil-Korp tal-Pulizija

2
0
SHARE
Advertisement

4 ta’ April 2001.

Ġurnata fejn fiha żagħżugħ aċċan sabiex iservi fil-Korp tal-Pulizija, ingħata t-titlu ta’ Kuntistabbli.

Għal tmintax-il sena u nofs dan iż-żagħżugħ ħadem b’dedikazzjoni kbira u serva f’diversi taqsimiet fi ħdan il-Korp.

Qed nitkellmu dwar l-Ispettur Herman Mula li ftit tal-jien ilu ddeċieda li jtemm il-karriera tant ta’ suċċess li kellu.

F’intervista ma’ One News Herman spjega wħud mill-ġranet li żgur ma kien ser jinsa qatt.

Fosthom semma il-famuż hold up fl-HSBC ta’ Ħal Qormi fl-2010.

Hold-up fejn fih insterqu mal-miljun ewro u fejn fih huwa kien is-Surġent li bagħat liż-żewġ pulizija fuq il-post fejn hemmek il-ħallelin fetħu n-nar fuqhom huma u ħerġin mill-bank.

Qal kif “Jiena sfortunatament baqgħet ittini daqsejn ta’ nostalgia kerha l-fatt li kont jiena stess peress li kont incharge li bagħtthom għal li jista’ jkun fuq il-post biex jiċċekkjaw WHITEFLASH għax jien kont kont il-bogħod u ma stajtx nasal fil-ħin biex intihom l-assistenza. Niftakar kont fuq l-area ta’ Tas-Sliema dakinhar. Il-kollegi l-oħrajn, il-units l-oħrajn kollha kienu mferxin ma’ Malta u ħadd minnha ma rnexxielu jasa fil-ħin biex ngħinuhom f’dik iċ-ċirkostanza.”

Semma wkoll il-każ fejn fih ġew interċettati 140 kg kokaina fil-Freeport ta’ Malta.

Dakinhar id-droga kienet moħbija f’żewġ magni li jagħsru ż-żebbuġ għaż-żejt. Sa dak iż-żmien dik kienet l-ikbar qabda ta’ droga li qatt wettqet il-Puliżija ta’ Malta.

Qal li “Seizure ta’ xi madwar 140kg kokaina moħbiha ġewwa żewġ magni taż-Żebbuġ. Niftakarha ċara. Niftakar lis-Superju tiegħi s-Sur Norbert Ciappara dak iż-żmien jgħidli bl-investigazzjoni li kienet għaddejha mad-DEA amerikani.”

Minkejja li issa l-Ex-Spettur Mula ser ikun qed jimxi għal professjoni legali bħala avukat saħaq li xorta mhux ser jaqta’ mill-ħidma mal-Korp.

Semma kif fost oħrajn ser jibqa’ jmexxi il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light.

Qal “Fejn tidħol il-Korp tal-Pulizija bi pjaċir ovjament għandi l-lat ta’ volontarjat fejn waqqaft flimkien ma’ sħabi u mal-ħabib tiegħi Simon Schemrbi, il-Pulizija tat-traffiku li kellu l-każ serju sena ilu, il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue light Foundation. Dik hija għażiża għal qalbi.”

Meta mistoqsi dwar id-deċiżjoni li ħa huwa qal li ma kienet waħda faċli xejn madankollu sostna li dak li tgħallem fil-Korp ser jibqa’ miegħu tul ħajtu kollha, u ta’ dak jibqa’ dejjem grat.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here