Home Newsbook Teskala r-rabja waqt id-dfin tal-vittmi tal-attakki f’Burina Faso

Teskala r-rabja waqt id-dfin tal-vittmi tal-attakki f’Burina Faso

6
0
SHARE
Advertisement

Il-qraba
tal-persuni li nqatlu u dawk li salvaw mill-attakki ta’ din il-ġimgħa li saru
fuq konvoj ta’ xarabank bil-ħaddiema tal-mini f’Burkina Faso irrabjaw aktar
meta saru jafu li dak li ġara kien nuqqas ta’ appoġġ mill-awtoritajiet u mill-kumpanija
tal-minjieri.

Mijjiet ta’
qraba, ħbieb u kollegi tal-vittmi stennew sigħat sħaħ sakemm setgħu jieħdu
l-iġsma mejta ta’ qrabathom u marru b’purċissjoni biex jidfnuhom.

Il-kumpanija
Kanadiża tal-minjieri tad-deheb Semafo qalet li ħamsa mill-karozzi tal-linja
tagħha, li kienu qed jivvjaġġaw ma’ skorta militari, sfaw milquta minn
sparaturi waqt li kienu fit-triq li twassal għall-mini Boungou fir-reġjun
tal-Lvant. L-awtoritajiet qalu li 38 persuna nqatlu fl-attakk.

Dan kien
wieħed mill-aktar attakki li qatelu nies fil-pajjiż tal-Afrika tal-Punent.

The post Teskala r-rabja waqt id-dfin tal-vittmi tal-attakki f’Burina Faso appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here