Home Newsbook Saq fuq dawl aħmar u weġġa’ pulizija: inħeles mill-arrest

Saq fuq dawl aħmar u weġġa’ pulizija: inħeles mill-arrest

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti ħelset lil raġel li kien akkużat li rreżista b’mod vjolenti u li weġġa’ lil uffiċjal tal-pulizija. Il-pulizija waqqfu meta raħ saq xorta x’ħin id-dawl tat-traffiku qeleb aħmar.

Ir-raġel li għandu 38 sena ttella’ quddiem il-maġistrat
aktar kmieni dalgħodu.

L-ispettur spjega kif il-pulizija tat-traffiku li kien fuq
xogħolu fi Blata l-Bajda nnota li l-akkużat saq fuq l-aħmar u waqqfu. Il-biċċa eskalat
x’ħin inqala’ argument, fejn l-akkużat allegatament weġġa’ lill-pulizija qabel
ma kompla jsuq. L-akkużat ġie arrestat meta eventwalment twaqqaf il-Marsa.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-ispettur qal li wara li ġie arrestat, l-akkużat kellu
jittieħed l-isptar għax kellu l-pressjoni għolja ħafna. L-akkużat hu Sirjan miżżewweġ
Maltija. Hu għandu t-tfal kif ukol xogħol fiss.

L-avukat tal-akkużat spjega kif ir-raġel, li hu wkoll
ċittadin Malti, kien fi stat ta’ paniku għaliex martu kienet ma tiflaħx. Hu qal
ukoll li kien ikkopera perfettament mal-pulizija wara li ġie arrestat. L-avukat
difensur talab il-ħelsien mill-arrest wara li qal li l-inċident kien wieħed sfortunat
u familtu kellhom bżonnu.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet u ddeliberat, il-qorti
ħelset lir-raġel mill-arrest, ordnatlu jiffirma l-ktieb tal-ħelsien mill-arrest
kull ġimgħa u josserva curfew. Il-ħelsien mill-arrest kien garantit b’depożitu
ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.

The post Saq fuq dawl aħmar u weġġa’ pulizija: inħeles mill-arrest appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here