Home Newsbook Miriam Dalli responsabbli mill-politika Soċjalista dwar Green New Deal Ewropew

Miriam Dalli responsabbli mill-politika Soċjalista dwar Green New Deal Ewropew

2
0
SHARE
Advertisement

Il-Membru Parlamentari Ewropew
Miriam Dalli se tmexxi l-politika tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi favur mudell
ekonomiku li jiżgura l-kompetittività u l-ħarsien tal-ambjent bħala parti
mill-Green New Deal tal-Unjoni Ewropea.

L-MPE Dalli ġiet fdata b’dan
ir-rwol bħala Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u anki
minħabba li ħadmet dwar kwistjonijiet fejn kien vitali li tiżgura
l-kompetittività, l-integrità ekonomika u l-ħarsien tal-ambjent.

Bħala parti mill-portafoll
tagħha, Miriam Dalli se tkun qed tikkoordina l-ħidma dwar l-ewwel liġi Ewropea
dwar il-Klima, li l-President-elett għall-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li
tintroduċi fl-ewwel 100 jum tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Din il-liġi dwar
il-Klima se tkun qed tistabbilixxi l-bażi għall-ambizzjoni fit-tul biex
tinkiseb in-newtralità tal-karbonju sal-2050 u l-miri ta’ nofs it-terminu
għall-2030. L-S&D qed jimmiraw għal 55%.
Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tkun ukoll
responsabbli mill-politika agrikoli u tas-sajd, inkluż approċċ ġdid għal
Ekonomija Blu sostenibbli. Dalli se tkun qed taħdem fuq strateġija tal-S&D
għal Finanzjament Ekoloġiku u fuq l-istrateġija tal-grupp biex ikun indirizzat
l-faqar enerġetiku.

The post Miriam Dalli responsabbli mill-politika Soċjalista dwar Green New Deal Ewropew appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here