Home Newsbook Maltemp qawwi bejn it-Tnejn u l-Erbgħa minħabba urugan

Maltemp qawwi bejn it-Tnejn u l-Erbgħa minħabba urugan

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Mediterran se jintlaqat minn urugan u
dan mistenni li joħloq riħ u xita fil-gżejjer Maltin fil-bidu tal-ġimgħa
d-dieħla.

Skont siti ta’ rapport tat-temp Maltin u
Taljani, sistema intensa ta’ pressjoni baxxa se tintensifika u se tikkawża
urugan fil-Baħar Mediterran. Iċ-ċentru ta’ din is-sistema se jgħaddi lejn
il-Majjistral tal-gżejjer Maltin. Din il-pressjoni se tolqot lil Malta bejn
it-Tnejn u l-Erbgħa li ġejjin fejn l-iktar xita qawwija hija mistennija bejn
it-Tnejn u t-Tlieta.

Ir-riħ se jkun qawwi wkoll l-iktar bejn
it-Tlieta tard filgħaxija u l-Erbgħa kmieni waranofsinhar. Ir-riħ se jkun
mil-Lbiċ għall-Punent u se jilħaq Forza 8 u 9 kultant. Matul l-ewwel tlett ijiem tal-ġimgħa d-dieħla t-temperatura medja se tinżel ukoll fejn matul il-ġurnata tista’ tmiss il-15-il grad waqt li filgħaxja tista’ tinżel sa 10 gradi.

Intant skont l-uffiċċju metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illum huma mistennija wkoll xita u riħ fuq il-gżejjer Maltin. Din it-twissija hija valida sas-6pm.

The post Maltemp qawwi bejn it-Tnejn u l-Erbgħa minħabba urugan appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here