Home Newsbook L-Isqof Awżiljarju b’quddies għall-vittmi taż-żewġ Gwerrer Dinjija

L-Isqof Awżiljarju b’quddies għall-vittmi taż-żewġ Gwerrer Dinjija

2
0
SHARE
Advertisement

Fl-okkażjoni
ta’ Jum it-Tifkira se ssir quddies konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
fil-Belt Valletta, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Il-quddiesa
se tibda’ fid-9:15am u se tkun qed tixxandar live fuq is-sit ta’ Newsbook.com.mt.

Għada se
jitfakkru l-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija fost il-pajjiżi kollha
tal-Commonwealth. Qabel il-quddies il-President ta’ Malta George Vella se
jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Wara
l-quddies se ssir ċerimonja wkoll ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Il-Forzi
Armati ta’ Malta u Kontinġent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien
Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid ta’ kuruni. Jieħu sehem
ukoll kontinġent ta’ eks servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma’
organizazzjonijiet oħra.

The post L-Isqof Awżiljarju b’quddies għall-vittmi taż-żewġ Gwerrer Dinjija appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here