Home Newsbook It-tielet flyover fil-Marsa se titlesta f’Diċembru – Ian Borg

It-tielet flyover fil-Marsa se titlesta f’Diċembru – Ian Borg

3
0
SHARE
Advertisement

Aktar kmieni
llum tpoġġew it-travi fit-tielet flyover fil-Marsa. Waqt żjara li għamel fuq
il-post il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li din mistennija titlesta xahar
qabel, iġifieri f’Diċembru.

Skont Borg ladarba
titlesta din il-flyover se jkunu jistgħu jiġu eliminati t-traffick lights
tal-Addolorata biex b’hekk ikompli jitnaqqas il-ħin tal-ivjaġġar. Borg spjega
kif wara li nfetħu l-ewwel strutturi x-xogħol baqa’ miexi b’ritmu kostanti.

It-tielet
flyover għandha toħloq konnessjoni diretta lejn it-tramuntana bejn Triq Aldo
Moro u Vjal Santa Luċija. Hu spjega kif din il-flyover se tkun l-itwal waħda u
se tingħaqad mal-oħgla parti tal-ewwel flyover fi Triq Aldo Moro.

Il-Ministru qal
li minn mindu nfetħet parti minn din l-infrastruttura għaddew minn fuqha aktar
minn nofs miljun persuna.

F’Settembru
ta’ din is-sena infetħu l-ewwel żewġ flyovers.

AQRA: Se jinfetħu l-ewwel 2 flyovers tal-Marsa

L-inawgurazzjoni ta’ dawn l-ewwel żewġ flyovers tal-proġett
tal-Marsa ġiet tiswa €40,000. Din iċ-ċifra kienet ikkonfermata mill-Ministru
Ian Borg wara mistoqsija parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina

AQRA: Jikkonferma li l-inawgurazzjoni tal-flyovers ġiet tiswa €40,000

Ftit ġimgħat wara beda jiċċirkola ritratt li juri toqba
fil-flyover li ġiet inawgurata fil-Marsa, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg
qal li din m’għandhiex ħsara. Skont Borg, ir-ritratt ma wera xejn ħlief “faxxa
dejqa ta’ asphalt temporanja li saret sakemm minflokha jsiru expansion joints”.
Kompla jgħid li dawn isiru apposta biex il-flyovers iservu għal aktar snin imma
li ma jistgħux isiru qabel ma titlesta t-tielet flyover.

AQRA: Ian Borg jgħid li l-flyover mhix bil-ħsara

Ftit tal-jiem ilu fuq il-mezzi soċjali l-Viċi
Kap Nazzjonalista Robert Arrigo rrimarka li qed jaqa’ ġebel żgħir mill-Flyover
tal-Marsa, filwaqt li fakkar li l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett swiet
€40,000. Arrigo qal li jekk din hija “fake news” għall-Ministru Ian Borg, ismu
huwa Cristiano Ronaldo.

AQRA: Ritratti: “Qed jaqa’ ġebel mill-flyover” – Arrigo; “l-istess post” – Borg

The post It-tielet flyover fil-Marsa se titlesta f’Diċembru – Ian Borg appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here