Home Newsbook Issa tista’ żżur Niš: ara x’tista’ tara!

Issa tista’ żżur Niš: ara x’tista’ tara!

1
0
SHARE
Advertisement

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ laqa’ l-ewwel
titjira u l-ewwel passiġġieri minn Niš. B’hekk kienet inawgurata wkoll it-tieni
konnessjoni diretta bejn Malta u s-Serbja.

It-titjiriet lejn Niš, li hija t-tielet l-akbar belt
fis-Serbja, huma operati mil-linja tal-ajru Ryanair. Dan se jkun qed jopera
kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa. Skont stqarrija maħruġa mill-Ajruport
Nazzjonali ta’ Malta l-iskeda tagħmel id-destinazzjoni ideali għal dawk li
jkunu qed ifittxu vaganza qasira.

Niš għandha ħafna x’toffri lil dawk li jħobbu l-istorja u
l-arkeoloġija peress li hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa. Mill-fdalijiet
tal-palazz fuq stil Ruman ta’ Kostantinu l-Kbir sa binjijiet li ilhom weqfin
miż-żmien meta l-Ottomani kienu jaħkmu l-belt, Niš għandha saffi differenti ta’
storja li kollha jikxfu passat kemxejn turbulenti.

Niš hija magħrufa wkoll għall-banjijiet termali tagħha li
jinsabu f’qiegħ il-katina ta’ muntanji Suva Planina. Suva Planina hija waħda
mill-aktar postijiet popolari fis-Serbja għall-paragliding u hija mfittxija
wkoll minn dawk li huma dilettanti tal-iskijjar fix-xhur tax-xitwa.

L-iskeda ta’ titjiriet għall-istaġun tax-xitwa li ġiet
imnedija mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reċentement tista’ taraha minn
hawn.

The post Issa tista’ żżur Niš: ara x’tista’ tara! appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here