Home Newsbook In-NASA bl-ewwel ajruplan elettriku

In-NASA bl-ewwel ajruplan elettriku

3
0
SHARE
Advertisement

In-NASA, magħrufa l-aktar għall-rockets li tellgħet
fl-ispazju, fetħet il-laboratorju tagħha f’Kalifornja biex turi lid-dinja
l-ewwel ajruplan li jaħdem kompletament bl-elettriku.

Dan l-ajruplan għadu fi stadju tal-esperimentazzjoni u jismu
Maxwell X-57.

In-NASA ilha taħdem fuq dan il-prototip sa mill-2015 u jidher
li għad fadallu sena oħra sakemm jagħmel l-ewwel titjira.

L-ajruplan se jkollu 14-il mutur elettriku iżda sa issa, n-NASA
waħħlet l-ewwel u l-akbar żewġ magni fit-truf tal-ġwienaħ tal-ajruplan.

Minħabba l-limitazzjoni tal-batteriji, dan l-ajruplan huwa
maħsub li jintuża għal distanzi qosra, bħala taxi tal-ajru għal ftit nies.

The post In-NASA bl-ewwel ajruplan elettriku appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here