Home Newsbook Il-Pulizija jaqbdu 3 żgħażagħ b’kilo kokaina fil-karozza

Il-Pulizija jaqbdu 3 żgħażagħ b’kilo kokaina fil-karozza

4
0
SHARE
Advertisement

Tliet persuni li l-età tagħhom
tvarja bejn l-20 u t- 28 sena ġew arrestati l-Ħamis filgħaxija f’Ħal Qormi wara
li l-karozza tagħhom inqabdet mill-Pulizija u fiha nstab madwar kilo kokaina.

Il-Pulizija ċċirkondaw il-vettura
fi Triq it-Tin iżda x-xufier irriversja għal fuq karozza oħra tal-Pulizija,
ħareġ mill-karozza u ħarab minn fuq il-post. Ix-xufier li huwa Libjan ġie
arrestat wara tfittxija għalih. Ir-raġel u mara li kienu passiġġiera ġew
arrestati fuq il-post. It-tlieta li huma residenti l-Belt Valletta.

Jidher li minn tfittxija li
saret fil-karozza nstabet blokka sustanza bajdanija, allegatament kokaina b’piż
ta’ madwar kilo.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid
May Grima ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jgħinu
fl-inkjesta maġisterjali.

The post Il-Pulizija jaqbdu 3 żgħażagħ b’kilo kokaina fil-karozza appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here