Home Newsbook Il-PN ma jridx ikun kompliċi f’istituzzjonijiet maħtufa mill-Gvern – Adrian Delia

Il-PN ma jridx ikun kompliċi f’istituzzjonijiet maħtufa mill-Gvern – Adrian Delia

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista mhux se jaċċetta li jkun kompliċi f’istituzzjonijiet u awtoritajiet li nħatfu mill-Gvern u għalhekk kien hemm ir-riżenji ta’ Marthese Portelli u Ryan Callus. Dan
intqal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt kollegament fuq Net
FM.

Huwa qal li l-istituzzjonijiet inħakmu min-nies li qegħdin jinjoraw il-ġid komuni u qegħdin jaħdmu għall-konvenjenza politika u bi ndħil dirett mill-Gvern. Dan qed iwassal biex l-istituzzjonijiet, li suppost li qegħdin hemmhekk sabiex iħarsu l-interessi tal-poplu, minflok qegħdin jaħdmu biex iħarsu l-interessi tal-ftit. Fost dawn huwa semma l-każ tal-permess tal-Qala li skont Delia huwa sfreġju ambjentali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern f’paniku ħatar lic-CEOs infushom bħala acting chairpersons minflok kif jiġri normalment li ħatriet bħal dawn jgħaddu mill-Parlament. Adrian Delia fakkar kif din il-ġimgħa l-Qorti laqgħet it-talba ta’ Repubblika u ordnat inkjesta maġisterjali dwar allegat korruzjoni mill-bejgħ ta’ passaporti minn ditta privata lokali. Il-PN għal diversi drabi insista li din l-iskema għandha tiġi sospiża għax qed tgħarraq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Adrian Delia temm billi qal li l-Partit Nazzjonalita se jkomplu jkun it-tarka taċ-ċittadini u bl-ebda mod mhu se jkun pupazz ta’ gvern arroganti.

The post Il-PN ma jridx ikun kompliċi f’istituzzjonijiet maħtufa mill-Gvern – Adrian Delia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here