Home Newsbook Il-Gvern uża konkrit illegali, ‘Mhux jien’ – Justyne

Il-Gvern uża konkrit illegali, ‘Mhux jien’ – Justyne

4
0
SHARE
Advertisement
Times of Malta, Saturday 9th November 2019

Il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru, kelliem għall-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qal lil Newsbook.com.mt li l-Ministeru ma kienx ta direct order lill-impjant illegali tal-konkos ta’ Joseph Portelli. Iżda l-Ministru Caruana f’post li tellgħet fuq Facebook fit-8 ta’ Settembru qalet li l-Ministeru ġab “l-approvazzjoni biex jagħmel xogħlijiet ta’ emerġenza b’direct order”.

Il-Ministru Caruana dakinhar ma kinitx qalet lil min tat id-direct order iżda s-Sibt 9 ta’ Novembru, il-gazzetta Times of Malta fil-faċċata tagħha rrappurtat kif f’Settembru għat-tiswija tat-triq tar-Ramla ntuża konkos mill-impjant illegali ta’ Joseph Portelli.

Sal-ħin tal-pubblikazzjoni, il-Ministeru ma ċaħadx dawn l-istorja ppubblikata fuq it-Times of Malta.

Post tal-Ministru Justyne Caruana fejn qed tgħid li x-xogħlijiet kienu se jsiru b’direct order.

Ftaħir b’illegalità

Il-Gvern ftaħar b’dan il-proġett li uża materjal ġej minn
impjant illegali tant li fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ġew
ippubblikati ritratti li juru lill-Ministru Caruana tispezzjona x-xogħlijiet. F’ritratt
minnhom il-Ministru tidher titkellem ma’ wieħed mis-sidien tal-impjant
illegali, Anthony Bugeja, magħruf bħala x-Xrik.

F’ritratt ieħor jidher it-trakk tar-Ready-Mix li ntuża għat-triq tar-Ramla, l-istess track li ġie nnutat fl-impjant illegali f’San Lawrenz meta ġurnalist ta’ Times of Malta ffilmja l-illegalità.

Ritratti: Xogħlijiet fi Triq in-Nadur; vojt taħt it-triq

Mistoqsijiet lill-Ministeru

Jidher li issa l-Ministru Caruana trid iżżomm ‘il bogħod
minn din l-allegat illegalità.

F’mistoqsijiet lill-Ministeru, Newsbook.com.mt staqsa
jekk il-Ministeru kienx jaf jekk il-materjal għall-proġetti tiegħu humiex ġejjin
minn impjanti illegali u x’passi ttieħedu biex tiġi riżolta din is-sitwazzjoni.

It-tweġiba tal-Ministeru kienet evażiva u għaldaqstant intbagħtet mistoqsija oħra dwar jekk il-Ministeru għal Għawdex tax direct orders lill-impjant tal-konkos ta’ Portelli.

Il-kelliem qal li l-Ministeru ma ta l-ebda direct order lil Portelli.

Issa jidher li l-Ministeru uża konkos illegali mill-impjant f’Ta’ Kerċem u li isem Joseph Portelli jidher flimkien ma’ oħrajn bħala s-sidien tal-barriera li fuqha hemm notifika ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Planning Enforcement Status found on www.pa.org.mt

Newsbook.com.mt staqsa b’mod sempliċi jekk il-Ministeru qattx għamel użu
minn materjal maħdum minn impjant tal-konkos illegali. Jekk id-direct order
inħariġx f’isem Joseph Portelli jew f’isem xi ħaddieħor tiġi sekondarja. Newsbook.com.mt
jinnota li t-tweġiba tal-Ministeru għall-mistoqsijiet li ntbagħtu l-Ġimgħa ma
kinux ċari.

Newsbook.com.mt jistaqsi:

Liema
entità tal-Gvern jew uffiċjal awtorizza l-użu tal-konkos mill-impjant illegali
u ħallass l-eluf għall-istess materjal?

Min
se jerfa’ r-responsabbiltà?

The post Il-Gvern uża konkrit illegali, ‘Mhux jien’ – Justyne appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here