Home Newsbook Għaddew 30 sena mindu twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin

Għaddew 30 sena mindu twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin

5
0
SHARE
Advertisement

Illum id-dinja tfakkar u tiċċelebra t-30 sena mindu twaqqa’
l-ħajt ta’ Berlin. Avveniment li biddel il-futur tal-bniedem fil-kontinent
Ewropew. Dan ġab fi tmiem id-dittatura u t-tirannija tal-komuniżmu Sovjetiku.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista (PN) qal li llum
il-partit ingħaqad mad-dinja libera b’tifkira ta’ dan l-avveniment. Il-PN
spjega kif il-bini tal-ħajt li ġie mtella’ biex jifred bnedmin tal-istess
nazzjonalità fl-istess belt tibqa’ dabra kerha fl-eżistenza umana. Stqarr kif
għal żmien twil l-Ewropa għexet fid-dell tat-theddid ta’ gwerra nukleari u f’biża
ta’ ripressjoni li wasslu l-estermiżmi tax-xellug u l-lemin.

Il-PN sellem ukoll il-memorja u l-ħidma tal-qaddis San
Ġwanni Pawlu t-Tieni. Il-PN saħaq li l-Papa Pollakk kien il-mutur wara l-bidla
li saret. Spjega kif Malta għamlet il-parti tagħhha meta l-Prim MInistru ta’
dak iż-żmien, Effie Fenech Adami laqa’ f’Malta liż-żewġ super-potenzi biex dan
il-proċess wasal.

Skont il-PN dan il-jum ġab lura t-tama u assigura t-tisħiġ
tal-libertà, tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tad-demokrazija.

The post Għaddew 30 sena mindu twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here