Home Newsbook Filmat: Żviluppi drammatiċi fl-elezzjoni tal-Junior College

Filmat: Żviluppi drammatiċi fl-elezzjoni tal-Junior College

3
0
SHARE
Advertisement

Is-sigħat sħaħ tal-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Junior College wasslu għal tensjoni u żviluppi drammatiċi fit-toroq tal-Imsida tard ilbieraħ filgħaxija.

Iż-żewġ għaqdiet ġew viċin sew ta’ xulxin b’distakk żgħir ta’ 27 vot. Il-Pulse ġabu maġġoranza fuq seba’ karigi filwaqt li t-tmien kariga tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College (KSJC) kemm il-kandidata tal-Pulse kif ukoll il-kandidat tal-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM) ġabu l-istess ammont ta’ voti. F’din l-elezzjoni vvutaw aktar minn 1,300 student.

Jidher li fl-ewwel għadd, l-għaqda Pulse rebħet il-karigi
kollha fil-KSJC iżda fuq talba tal-SDM sar għadd ieħor biex jiddetermina r-riżultat
korrett minħabba li kien hemm distakk ta’ vot wieħed għall-kariga ta’
Kummissarju għall-Politika Soċjali. Sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li
l-amministrazzjoni ma riditx li jsir għadd ieħor iżda wara xi ħin sar l-għadd
li rriżulta li ż-żewġ għaqdiet ġabu 665 vot kull wieħed, Mikela Cassar (Pulse)
u Glen Mifsud (SDM).

Dan ir-riżultat tħabbar
erba’ sigħat wara li beda l-għadd tal-voti, minkejja talbiet waqt il-kampanja
elettorali biex l-elezzjoni tibda ssir online bħalma ssir tal-Kunsill Studenti
Universitarji (KSU).

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fit-toroq viċin tal-Junior College intużaw għadd ta’ sufarelli. Spettur tal-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li waqqaf liż-żewġ għaqdiet milli jużawhom bil-Pulizija tieħu dettalji ta’ xi żgħażagħ li minkejja l-istruzzjonijiet xorta waħda baqgħu jaħarqu s-sufarelli tard bil-lejl.

The post Filmat: Żviluppi drammatiċi fl-elezzjoni tal-Junior College appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here