Home Newsbook Ara għaliex se jkunu Malta l-eks plejers ta’ United Fortune u Clegg

Ara għaliex se jkunu Malta l-eks plejers ta’ United Fortune u Clegg

5
0
SHARE
Advertisement

Manchester United
Supporters’ Club Malta, b’ kollaborazzjoni ma’ John Gubba, produttur
indipendenti u direttur tal-films, se jkun qed iniedu film dokumentarju ta’
115-il minuta bit-titlu “The Religion – 60 Years of Loyal Support”.

Il-premiere se
jsir nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbru fil-Belt
Valletta. L-għada l-film se jintwera għall-ewwel darba f’ Għawdex fil-Grand
Hotel fl-Imġarr.

Il-produzzjoni
hija kumpilazzjoni ta’ 60 sena filmati meħudin f’avvenimenti tal-klabb, arkivji
tal-PBS, filmati tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, arkivji privati u ammont
sostanzjali ta’ filmati miġbuda fl-aħħar 5 snin minn meta John Gubba imbarka
fuq dan il-proġett.

Il-film dokumentarju
jgħaqqad l-ibbumbardjar t’Old Trafford fl-1941, l-ilqit fuq Malta tat-Tieni
Gwerra Dinjija u t-tiġrif tal-ajruplan fi Munich fl-1958. MUSC Malta kien
imwaqqaf sena wara it-traġedja ta’ Munich u minn dak iż-żmien, Manchester
United u l-klabb Malti tas- sapporters evolvew flimkien, b’ ħafna mumenti
maqsumin flimkien.

Il-premiere
tal-film jaħbat fl-istess żmien tat-tnedija tal-ktieb “A Tale of Two Cities:
Manchester & Malta’s Grand Harbour”. Miktub mill-Professur Victor Grech,
il-ktieb ta’ 200 paġna juri ritratti ta’ Manchester u tal-Port il-Kbir, u
jinkludi rappurtaġġ estensiv taċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 sena anniversarju ta’
MUSC Malta.

Żewġ ex-plejers
ta’ Manchester United, Quinton Fortune u Michael Clegg, se jattendu
għat-tnedija tal-ktieb f’Portomaso nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru.

Id-dħul kollu
mill-bejgħ tal-ktieb se jingħata b’ donazzjoni lil Beating Hearts Malta. L-ex-plejers
se jattendu sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ġewwa l-Manchester United Supporters’
Club l-Imsida nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fis-2:00pm. Il-pubbliku mistieden
jattendi. Il-plejers se jattendu wkoll għall-premiere tal-film.

Aktar informazzjoni dwar dawn l-avvenimenti tista’ ssibha hawn.

The post Ara għaliex se jkunu Malta l-eks plejers ta’ United Fortune u Clegg appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here