Home One News Ammont ta’ tajr protett ikkonfiskat minn ħanut u dar fil-Mosta

Ammont ta’ tajr protett ikkonfiskat minn ħanut u dar fil-Mosta

6
0
SHARE
Advertisement

Ħidma mill-Iskwadra tal-Administrative Law Enforcement (ALE) wasslet għas-sejba ta’ 53 tajra mejta, il-parti ‘l kbira minnhom protetti f’ħanut fil-Mosta u ammont ieħor ta’ tajr ibbalzmat f’residenza privata fil-Mosta ukoll.

Illum, għall-ħabta tan-nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li intlemaħ raġel dieħel f’ħanut fi Triq Gużeppi Callus, il-Mosta u allegatament kellu fil-pussess tiegħu tajra protetta bil-liġi – ajkla.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u minn tfitxijiet li saru, ġew elevati 53 tajra mejta li kienu fi friża fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ħanut fosthom ajkli, ċikonji u papri.

Fi tfittxija oħra li saret fir-residenza tar-raġel, li għandu 32 sena, fil-Mosta, instab ammont ieħor ta’ tajr ibbalzmat.

It-tajr kollu ġie kkonfiskat u r-raġel qed jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija li għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here