Home One News Adrian Delia jipprova jqarraq dwar inċident f’Wied Qirda

Adrian Delia jipprova jqarraq dwar inċident f’Wied Qirda

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia pprova jqarraq meta fuq Facebook tella’ ritratt b’xi asfalt f’Wied Qirda fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Allega li trakk għaddej mill-inħawi kien qed jarmi l-asfalt fil-wied.

Fuq Facebook Delia kiteb: “Ħalfu li jeqirdu Wied Qirda wkoll. Uliedna daqt jibdew jaraw is-siġar fuq l-istampi biss.”

Iżda ftit wara ħareġ biċ-ċar li Delia ma vverifikax x’inhuma l-fatti.

F’post separata, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg tella’ ritratt li juri b’mod ċar kif it-trakk bl-asfalt li kien għaddej mill-wied għal xi raġuni inqeleb, bil-konsegwenza li l-asfalt spiċċa fil-Wied b’mod inċidentali.

Il-Ministru Borg qal li l-Kap Nazzjonalista missu staqsa kif baqa’ x-xufier tat-trakk minflok wasal għal konklużjonijiet tiegħu.

Tenna li l-unika ħaġa li mhux qed tinqered hija l-qerq tal-Partit Nazzjonalista.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here