Home Newsbook “X’korruzzjoni? Xi frodi?” – It-3 Ministri b’appell urġenti

“X’korruzzjoni? Xi frodi?” – It-3 Ministri b’appell urġenti

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fetħu appell urġenti wara li jumejn ilu l-Maġistrat Doreen Clarke ddeċidiet li hemm bażi biżżejjed għal inkjesta kriminali dwar l-involviment tagħhom fil-ftehim tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet. It-tliet Ministri ċaħdu xi tip ta’ korruzzjoni jew frodi:

“X’korruzzjoni? Xi frodi?”

Nhar l-Erbgħa, il-Maġistrat Clarke ddikjarat li t-talba
tal-għaqda mhux governattiva Repubblika għandha tiġi aċċettata fid-dawl ta’
evidenza ġdid b’rabta mal-imġiba tal-Ministri fil-bejgħ tal-Isptar Ġenerali ta’
Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, lil Vitals Global Healthcare
(VGH). Hija rreferiet il-każ lil maġistrat ieħor li bħalissa qed jinvestiga lil
Ivan Vassallo, is-sid ta’ Technoline.

Inkjesta
Sptarijiet: It-3 Ministri investigati għat-tieni darba

Fl-appell tagħhom fil-Qorti
Kriminali, il-Ministri qed jargumentaw li l-Maġistrat Clarke marret oltre
mit-talba oriġinali ta’ Repubblika, li staqsietha tiddeċiedi biss jekk hemmx
bażi għal inkjesta jew le.  I

L-appell ġie ffirmat mill-avukati Aron Mifsud
Bonnici u Christopher Vella.

The post “X’korruzzjoni? Xi frodi?” – It-3 Ministri b’appell urġenti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here