Home Net News Watford jinqalgħu mill-qiegħ tal-Premier League

Watford jinqalgħu mill-qiegħ tal-Premier League

2
0
SHARE
Advertisement

Watford kisbu rebħa importantissima meta f’Carrow Road għelbu lil Norwich 2-0. Din ir-rebħa kienet l-ewwel waħda għalihom fil-kampjonat u l-ewwel waħda f’16-il logħba tal-kampjonat, tliet punti li bihom inqalgħu mill-qiegħ tal-klassifika. Gerard Deulofeu poġġa lil Watford fil-vantaġġ anqas minn minuta u nofs mill-ftuħ tal-logħba meta ħa vantaġġ minn żball difensiv u b’ġirja tajba mil-lemin, qasam għan-nofs u wara li daħal fil-kaxxa, skorja b’xutt fil-baxx.

Norwich kellhom diversi okkażjonijiet biex iġibu d-draw
qabel tmiem l-ewwel taqsima, kontra difiża ta’ Watford li fl-2019 ma sofriet
l-ebda gowl f’partita waħda biss. It-tim ta’ Quique Sanchez-Flores irdoppja
fit-53 minuta bi kross ta’ Deulofeu jsib lil Andre Gray li b’konklużjoni bit-takkuna
u li kienet imxellfa minn Jamal Lewis spiċċat fix-xibka. Christian Kabasele
tkeċċa għal Watford fil-65 minuta iżda Norwich sabu lil Ben Foster attent.

The post Watford jinqalgħu mill-qiegħ tal-Premier League appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here