Home One News Tingħata l-aħħar tislima lit-tliet pumpieri Taljani li tilfu ħajjithom fi splużjoni

Tingħata l-aħħar tislima lit-tliet pumpieri Taljani li tilfu ħajjithom fi splużjoni

2
0
SHARE
Advertisement

Tul il-jum ingħatat l-aħħar tislima lit-tliet pumpiera Taljani li tilfu ħajjithom it-Tlieta fi splużjoni li seħħet f’binja fl-inħawi ta’ Turin, l-Italja. Hawnhekk spikkat id-dieqa kbira fost il-kollegi tagħhom li lkoll inġabru biex isellmu lil sħabhom, li jiem ilu tilfu ħajjithom bl-aktar mod traġiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Antonio Candido ta’ 47 sena, Marco Triches ta’ 38 sena u Matteo Gastaldo ta’ 32 sena kunu għaddejjin jinvestigaw każ ta’ splużjoni fl-inħawi meta seħħet splużjoni akbar. Tnejn minnhom ittieħdu l-isptar fejn eventwalment tilfu l-battalja mal-mewt. Il-ġisem bla ħajja tat-tielet pumpier instab qalb it-tifrik fiż-żona waqt aktar investigazzjonijiet.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here