Home Net News Taljana arrestata qabel ħalliet l-Italja lejn Malta

Taljana arrestata qabel ħalliet l-Italja lejn Malta

7
0
SHARE
Advertisement

Taljana ta’ 50 sena tniżżlet minn fuq ajruplan li kien se jħalli l-ajruport ta’ Torino-Caselle fuq titjira lejn Malta.

Dan wara li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Guardia di Finanza ssejħu fuq rapport ta’ serq mid-Duty Free tal-istess ajruport u, wara li analizzaw il-filmati, skoprew li l-mara kienet ħadet fwieħa u krema tad-ditta mingħajr ma ħallset.

Waqt li l-mara ċaħdet l-involviment tagħha, il-Pulizija sabu l-prodotti misruqa fil-bagalja tagħha. Hi mistennija titressaq gall-ġustizzja fis-sigħat li ġejjin.

The post Taljana arrestata qabel ħalliet l-Italja lejn Malta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here