Home One News Red Electrik se jniedu l-album ‘Tragic Optimistic’

Red Electrik se jniedu l-album ‘Tragic Optimistic’

3
0
SHARE
Advertisement


Il-grupp mużikali Red Electrick se jniedi l-album tiegħu ‘Tragic Optimistic’ fl-ewwel kunċert tax-xorta tiegħu f’Raħal Ġdid.

Waqt it-tħejjijiet għal dan il-kunċert ONE News tkellem mal-membri ta’ dan il-grupp fosthom Aleandro Spiteri. Huwa spjega l-kontenut ta’ dan l-album il-ġdid.

Spiteri spjega li “Kull song għalkemm hemm stil li f’album kollhu hemm xi ħaġa unika, dak it-timbru tagħha. Il-Ġimgħa l-oħra ħriġna fuq ir-radio dive in, li kienet l-ewwel single minn dan l-album li kellha dan il-qisu ħoss ġdid u ovvjamnet il-pass li jmiss huwa li naqsmu l-album man-nies.”

Waqt waħda mill-provi għal dan il-kunċert, il-kantant ewlieni Joe Rosco qal li dawk li se jmorru għall-kunċert li jismu wkoll bħall-album se joffri spettaklu differenti anki permezz tal-palk.

Rosco sostna: il-palk se jkun qed idur 360 li sa fejn naf jien l-ewwel darba li se ssir xi ħaġa hekk hawnhekk. Venue ġdid ukoll u looking forward aħna ħafna. Kull sena nippruvaw nagħmlu xi ħaġa ġdida u dis-sena kienet  ta’ 360 revolving stage jiġfieri n-nies seated madwarna u ahna at different points niffacjaw nies differenti.”

Intant spikka l-eċċitament mill-kitarrist tal-grupp Peter Borg għall-kunċert li se jsir is-Sibt filgħaxija. Huwa stqarr: “It-turnout jidher li ħa jkun tajjeb. Kull ma’ fadal madwar 30 biljett jiġifieri bħala turnout okay. Għandna kunċett ġdid stage jdur, ovvjament xi ħaġa ġdida jiġifieri xi naqra eċċitament ikollok li kollox imur sew però jidher li kollox miexi tajjeb. ”

Ritratt: Red Electrick/ Facebook

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here