Home Net News Raġel bil-liberta proviżorja mixli kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti u li kellu fil-pusses tiegħu...

Raġel bil-liberta proviżorja mixli kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti u li kellu fil-pusses tiegħu sikkina

4
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 32 sena, residenti l-Imsida, iżda mwieled fil-belt kapitali Libjana fi Tripli ġie mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li kiser il-kundizzjonijiet mposti fuqu wara li kien bil-libertà proviżorja fuq każ ieħor.

Ans Algheziwi, wieġeb mhix ħati għall-akkużi ta’ ksur tal-kundizzjonijiet imposti fuqu minn sentenza preċedenti, kif ukoll il-ġarr ta’ sikkina. Huwa ġie mixli li nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru għall-ħabta tal-5.30 a.m. l-Pulizija daħlilha rapport imsejħa li raġel kien qed jagħti fastidju numru ta’ persuni fi Triq Testaferrata, l-Gżira.

Mal-wasla tal-Pulizija, dawk preżenti ppuntaw lejn Algheziwi, li f’idu kellu strument jaqta’ bil-ponta. Il-Pulizija, wara li kellmuh, saru jafu li huwa kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien tal-arrest imposti fuqu minn Qorti oħra, minħabba li kien qiegħed barra mir-residenza tiegħu qabel is-7.00 a.m.

Algheziwi, li qal li huwa jaħdem bħala bennej, irrepeta l-innoċenza tiegħu.
Fis-sottomissjonijiet tiegħu, l-avukat difensur tal-għajnuna legali Martin Fenech qal li r-reat li bih l-imputat kien qiegħed jiġi akkużat ma kienx wieħed ta’ natura gravi, u allura ma timmeritax li ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest.

Sadanittant, l-Ispetturi Colin Sheldon u Roxanne Tabone, li kienu qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni, oġġezzjonaw għat-talba tad-difiża, u saħqu kif il-fatt li kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn sentenza preċedenti “tfisser li l-vittma m’għadux, u m’għandux jibqa jibbenefika minn dan il-privileġġ mogħti mill-Qorti.” Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-avukat difensuri, u sostniet li kien hemm “nuqqas ta’ affidabbilità” fil-konfront tal-imputat.

The post Raġel bil-liberta proviżorja mixli kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti u li kellu fil-pusses tiegħu sikkina appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here