Home One News Niftakarni nixrob ix-xampanja hekk kif waqa’ l-ħajt ta’ Berlin

Niftakarni nixrob ix-xampanja hekk kif waqa’ l-ħajt ta’ Berlin

5
0
SHARE
Advertisement


Bid-daqqiet tal-mazza ta’ eluf ta’ persuni, 30 sena ilu twaqqa’ darba għall-dejjem il-ħajt ta’ Berlin, il-barriera li kienet qed tifred l-Lvant mill-Punent tal-Kapitali Ġermaniża.

Il-Ħajt tal-konrit inbena wara t-tieni gwerra dinjija biex iwaqqaf lin-nies tal-Lvant milli jiċċaqalqu lejn il-punent ta’ Berlin.

L-Lvant kien okkupat mill-Unjoni Sovjetika filwaqt li n-naħħa l-oħra tal-ħajt kien qed jitmexxa minn awtoritajiet demokratiċi tal-Punent.

Dan il-ħajt ra l-imwiet ta’ għexieren ta’ persuni li ppruvaw jaħarbu min-naħa għal oħra biex isibu ħajja aħjar, hekk kif il-forzi tal-Lvant kienu ordnati biex jiftħu n-nar fuq kull min jipprova jaqsam il-ħajt.

Iżda kien id-9 ta’ Novembru tal-1989 li kelliem għall-istat sovjetiku, quddiem eluf ta’ nies, ħabbar li l-ħajt li kien qed jifred miljuni ta’ nies kien ser jinfetaħ f’dik il-lejla stess, aħbar li ntlaqgħet b’ċapċip, għajjat, ferħ u ċelebrazzjonijiet kbar fil-kapitali Ġermaniża.

Biex titfakkar din il-ġrajja ferm importanti fl-istorja tad-dinja, f’Dar l-Ewropa f’Malta ttellgħet konfrenza li fiha ġew diskussi diversi elementi li ħarġu minn din il-ġrajja.

F’kumment ma’ ONE News l-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta qal kif jiftakar dik ġurnata qisu lbieraħ. Huwa stqarr: “It was totally overwhelming, something we had not expected and it was peacful, the demonstrators were peaceful, the security forces kept discipline so nobody was hurt and the people opened the gates and Berlin was flooded, everybody drinking champagne and embracing each other in the streets this will always remain on my mind.”

Min-naħa tiegħu Jesmond Saliba, l-organizzatur ta’ din l-konferenza spjega kif illum il-ġurnata xorta waħda baqa’ ħitan metaforiċi li rridu naraw kif negħlbuhom. Huwa sostna: “Ħitan metaforiċi u mhux reali illi rridu naraw kif negħelbu biex flimkien naħdmu u nagħtu u nkomplu l-ħajja lejn il-proġett  Ewropew l-istorja tirrepeti ruħha nittamaw li l-istorja tirrepeti ruħha fuq aspetti pożittivi.”

Preżenti għal din l-konferenza, il-President ta’ Malta George Vella qal kif jiftakar b’mod ċar din il-ġrajja li seħħet 30 sena ilu u kif biddlet ix-xena politika mil-lejl għan-nhar. Qal kif irridu naraw li llum il-ġurnata ma nibnux ħitan simili.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here