Home Newsbook ‘Kollox irid jinbiegħ’: Il-Mothercare fl-Ingliterra bi skontijiet

‘Kollox irid jinbiegħ’: Il-Mothercare fl-Ingliterra bi skontijiet

4
0
SHARE
Advertisement

Il-ħwienet tad-ditta Mothercare f’Cardiff u Swansea bdew bl-iskontijiet tagħhom ftit ġimgħat qabel il-Milied.

Il-Mothercare ħabbar li falla u għaldaqstant il-kumplament tal-ħwienet fir-Renju Unit se jkunu qed jgħalqu bl-istock li fadal se jkun qed jinbiegħ bi skont.

Il-Mothercare se tagħlaq 79 ħanut

Huwa mistenni li jkun hemm skontijiet kbar hekk kif kollox irid jinbiegħ qabel jingħalqu l-ħwienet. Skont il-maniġers tal-ħwienet, il-livell tal-istock huwa għoli dan ifisser li l-klijenti se jkollhom għażla kbira.

Is-sit onlajn se jibqa’ hemm għalissa. Wieħed jista’ jsib ukoll l-iskontijiet online fuq is-sit.

Il-garanzija fuq il-prodott se tibqa’ valida filwaqt li dawk li għandhom xi gift vouchers qed jiġu mħeġġa jużaw kemm jista’ jkun malajr.

Il-Mothercare huwa magħruf għall-prodotti tal-maternità u għat-trabi.

Kumpanija oħra li titqies bħala r-rivali tal-Mothercare, il-Mamas & Papas falliet ukoll illum, b’sitt ħwienet jingħalqu u madwar 125 impjegat tilfu xogħolhom.

The post ‘Kollox irid jinbiegħ’: Il-Mothercare fl-Ingliterra bi skontijiet appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here