Home Net News Is-sistema edukattiva mhux qed tilħaq lil kulħadd – Carmel Borg

Is-sistema edukattiva mhux qed tilħaq lil kulħadd – Carmel Borg

2
0
SHARE
Advertisement

Hija ta’ qsim il-qalb li nara dan l-ambjent fis-sistema
edukattiva ta’ pajjiżna. Stqarrija iebsa minn Carmel Borg Professur
fl-Università ta’ Malta, hekk kif il-Ħamis kien il-mistieden ta’ Robert Cremona
waqt il-programm Net Live.

Borg isostni li f’pajjiżna għandna sistema edukattiva li qed
tirrendi, imma mhux qed tilħaq lil kulħadd. Sfortunatmanet f’Malta hawn ħafna
tfal li qed joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr il-kompetenzi bażiċi…
fejn dawn imbagħad jispiċċaw jidħlu f’dinja tax-xogħol prekarja. Huwa saħaq li
rridu għalhek inħarsu lejn is-sitema edukattiva tagħna u naraw x’inhuma
n-nuqqasijiet kbar li hemm.

Carmel Borg jisħaq li għandu jkun hemm mod strateġiku kif
wieħed jilħaq dawk il-familja li huma l-iktar fil-bżonn.

Settur importanti li semma Borg huwa dak tac-chidcare centres
fejn hemm bżonn li dawk kollha li jaħdmu mat-tfal f’età daqhsekk tenera, ikunu
mħarġa kif suppost. Il-Professur Borg saħaq li fit-tfulija bikrija hemm bżonn
ta’ iktar kwalità fil-qasam edukattiv

Carmel Borg sostna li d-diversi direttivi li bħalissa qed
jieħdu l-unions edukattivi, ma jawgurawx tajjeb għall-mod kif qed jitmexxa dan
is-settur f’livell Minsiterjali.

The post Is-sistema edukattiva mhux qed tilħaq lil kulħadd – Carmel Borg appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here