Home Newsbook Ippubblikaw il-ktejjeb ‘tar-rekords tat-tarbija’ – pedjatra

Ippubblikaw il-ktejjeb ‘tar-rekords tat-tarbija’ – pedjatra

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Pedjatra Dr Joseph Mizzi għamel appell fuq Facebook biex l-awtoritajiet tas-saħħa ma jdumux ma jerġgħu jippubblikaw il-ktejjeb magħruf bħala ‘tar-rekords tat-tarbija’. 

Il-konsenja tal-ktejjeb li kienet sponsorjata minn ditta li tagħmel prodotti għat-trabi spiċċat f’Awwissu li għadda.

“Kull ma hemm bżonn li jistampaw xi 5,000 kopja”, qalilna l-pedjatra Mizzi.

Ma’ Newsbook.com.mt huwa spjega li dan il-ktejjeb huwa importanti ħafna għax fuqu l-ġenituri jniżżlu d-dettalji kollha mediċi dwar it-tarbija tagħhom.

“Dan il-ktejjeb huwa l-ewwel ħaġa li l-professjonisti mediċi jistaqsu għalih meta xi ħadd mill-ġenituri jieħu lit-tarbija tagħhom għall-kura”, qaltilna infermiera li ma xtaqitx li tkun identifikata.

F’Awwissu ma tawnix kopja – omm

Newsbook.com.mt huwa infurmat illi l-konsenja li kien hemm spiċċat f’Awwissu li għadda. Issa l-ġenituri qed jingħataw karti biex fuqhom iniżżlu d-dettalji dwar tilqim, piż tat-tarbija, żjarat għand it-tobba u dettalji oħra.

“Aktar hemm ċans li titlef biċċa karta milli titlef ktejjeb”, qaltilna omm li m’għandhiex il-ktejjeb, li tibża’ li titlef xi karta bid-dettalji tat-tarbija. Hija żiedet tgħid illi tliet xhur huwa żmien twil biżżejjed biex l-awtoritajiet tas-saħħa jsibu ħin u flus biex tiġi stampata edizzjoni oħra tal-ktejjeb.

“Hemm min qed jgħid li ma stampawhx għax ma sabux sponsor. U hemm min qed jgħid li jridu jistampawh bla sponsor iżda ma sabux flus”, qaltilna l-istess infermiera.

Kienu diversi l-ġenituri illi kitbu l-kummenti tagħhom.

Omm kitbet illi kellha tarbija fl-aħħar ta’ Awwissu u ma tawhiex ktejjeb. 

Missier kiteb li l-awtoritajiet kellhom bżonn ma jdumux
ma jistampawh.

“Kelli nordnah jiena u ma fihx l-informazzjoni li kien fih il-ktejjeb li jagħti l-Gvern”. Dan il-kumment jikkonferma t-tagħrif li wasal għand Newsbook.com.mt illi xi ħadd fil-privat ħataf l-okkażjoni u qiegħed jistampa u jbiegħ ktejjeb alternattiv.

Mingħand taqsima għall-oħra

Persuna oħra kitbet fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Dr Azzopardi illi semgħet li se jibda jkun onlajn. Għal dan il-kumment wieġeb il-pedjatra Dr Azzopardi. Huwa qal li “anke kieku jiġri hekk, mhux sew li l-ġenituri ġodda qed jingħataw biċċiet tal-karti biex iżommu r-rekords tat-tarbija tagħhom”.

Newsbook.com.mt ipprova jġib il-verżjoni uffiċjali. Meta ċempilna d-Dipartiment tal-Kura Primarja qalulna li l-aħjar iqabduna mat-Taqsima tal-Immunizzazzjoni. Dawn tal-aħħar qalulna li aħjar iqabbduna mal-Well Baby Clinic. Meta weġbuna qalulna li l-Well Baby Clinic ikunu hemm filgħodu u mhux wara nofsinhar.

The post Ippubblikaw il-ktejjeb ‘tar-rekords tat-tarbija’ – pedjatra appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here