Home Newsbook Il-Montenegro rtiraw mill-Eurovision?

Il-Montenegro rtiraw mill-Eurovision?

5
0
SHARE
Advertisement

Ħarġet diversi rapporti fuq bosta siti tal-internet li l-pajjiż tal-Montenegro rtira mill-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest li se tklun qed tittella’ ġewwa l-Olanda f’Mejju tal-2020.

Skont ma qed jiġi rrapurtat, l-EBU (European Broadcasting Union) tat lill-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż, RTCG, estenzjoni biex jiffinalizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Iżda finalment ma laħqitx ir-rekwiżiti mitluba u b’hekk, minkejja x-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fil-65 edizzjoni, finalment kellhom jirtiraw.

Din l-aħbar però għad trid tiġi kkonermat b’mod uffiċjali peress li s’issa kienu s-siti tal-fans tal-Eurovision li ħabbruha.

Minn dak li qed jiġi rrapurtat,
il-kwistjoni li wasslet lil dan il-pajjiż biex jirtira mill-Eurovision Song Contest
hi waħda ta’ natura finanzjarja.

Il-pajjiżi kellhom  jagħmlu l-intenzjoni tagħhom li
jipparteċaipaw sas-16 ta’ Settembru u finalment jikkonfermaw jew jiritraw mingħajr
ma jeħlu l-ebda penali sal-10 ta’ Ottubru.

Filwaqt li huwa kważi ċert li l-Montenegro rtira mill-Eurovision, dubjuża hija l-parteċipazzjoni tal-Ungerija wara li l-istazzjon nazzjonali tal-pajjiż ġie kkwotat jgħid li “minflok  jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest, huma se jkunu qed jagħtu appoġġ b’mod dirett lill-mużika u talent Ungeriż.

Montengero fil-Eurovision

L-aqwa riżultat għall-Montenegro fil-Eurovision kisbuh fl-2015

Din mhux l-ewwel darba li l-Montenegro rtira
mill-Eurovision.

Iddebuttaw fl-2007 u ħadu sehem tlett
darbiet.

Huma ma pparteċipawx fl-2010 u fl-2011 u
mill-2012 irritornaw u baqgħu jieħdu sehem kull sena. Fl-2014 u fl-2015 waslu
wkoll sal-finali, bis-sena 2015 ġew fit-13-il pożizzjoni u b’hekk kisbu l-aqwa
riżultat li qatt kellhom fl-istorja tal-Eurovision Song Contest.

Eurovision 2020

Ritratt: Paul Barendregt

L-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest
se tkun qed issir fRotterdam fl-Olanda bejn it-12 u s-16 ta’ Mejju wara li dan
il-pajjiż rebaħ l-64 edizzjoni bil-kanzunetta Arcade interpretata minn Duncan
Laurence.

Il-parteċipazzjoni Maltija fl-edizzjoni li
jmiss tal-Eurovision Song Contest se tintgħażel peremezz tal-kompetizzjoni
televiżiva tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor, li l-finali tiegħu se jixxandar
is-Sibt 8 ta’ Frar.

The post Il-Montenegro rtiraw mill-Eurovision? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here