Home Newsbook Il-Maltin jiksbu punt importanti kontra l-Iżrael

Il-Maltin jiksbu punt importanti kontra l-Iżrael

4
0
SHARE
Advertisement

It-tim nazzjonali
ta’ Malta ġabar l-ewwel punt minn Grupp B mill-kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s
Euro 2021. Il-Maltin lagħbu kontra t-tim ta’ Iżrael fis-Centenary Stadium.

Wara li kisbu
riżultat pożittiv ix-xahar li għadda kontra l-Italja, il-Maltin taw wirja tajba
oħra fejn għal bosta mill-ħin tefgħu l-pressjoni fuq it-tim Iżraelit. It-tim Malti
mar minn fuq quddiem grazzi għal gowl ta’ Maria Farrugia. In-nisa kellhom żewġ
opportunitajiet oħra tajba fil-bidu tat-tieni taqsima, iżda ma rnexxilhomx
iżidu mal-vantaġġ li kellhom.

Il-coach Gatt
żamm l-istess 11-il plejer li beda kontra t-Taljani u Dorianne Theuma mexxiet
it-tim fil-grawnd. Għal Theuma din kienet il-95 logħba tagħha mat-tim
nazzjonali.

Il-logħba li
jmiss se tkun kontra l-Italja nhar it-Tlieta ġewwa Castel di Sangro.

The post Il-Maltin jiksbu punt importanti kontra l-Iżrael appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here