Home Newsbook “Hemm bżonn naħdmu għar-rikonċiljazzjoni vera” – L-Arċisqof

“Hemm bżonn naħdmu għar-rikonċiljazzjoni vera” – L-Arċisqof

6
0
SHARE
Advertisement

“Hemm bżonn naħdmu għar-rikonċiljazzjoni vera li mhix faċli. Il-feriti huma profondi u kbar.” Hekk qal Mons. Arċisqof Charles Scicluna fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-diskussjoni li qamet fil-pajjiż wara li l-Sibt 2 ta’ Novembru kien poġġa l-fjuri fuq il-qabar tal-eks Deputat Prim Ministru Laburista Ġuże Ellul Mercer li flimkien ma’ sitta oħra kienu midfunin fil-parti mhux konsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Waqt l-omelija fl-istess okkażjoni huwa talab il-maħfra għall-ħitan li kienu nbnew bejn il-mejtin b’riżultat tal-kwistjoni politika-reliġjuża tas-Snin Sittin.

L-Arċisqof għamel ir-reazzjoni tiegħu fi vlogg imxandar fuq Newsbook.com.mt.

Vlogg: “Nagħti ħajti biex il-poplu tagħna jfiq mill-ġerħat antiki”

Lest nagħti ħajti

Fl-istess vlogg l-Arċisqof wiegħed
lill-poplu Malti li “jiena nagħti ħajti biex il-poplu tagħna jfiq mill-ġerħat
l-antiki u fil-knisja jara l-ħabiba ta’ kulħadd, tal-kbir u taż-żgħir,
tal-għani u tal-fqir.”

L-Arċisqof qal li huwa apprezza ħafna
t-turija ta’ ringrazzjament minn diversi sezzjonijiet tal-pubbliku Malti.

Is-Sibt stess il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ħareġ tweet li fiha wera l-apprezzament tiegħu għall-ġest tal-Arċisqof.

Filmat: L-Arċisqof jitlob maħfra għall-ħitan li nbnew mal-mejtin

L-għada, il-Ħadd il-Prim Ministru rringrazzja lill-Arċisqof għall-ġest kuraġġjuż li għamel.

Il-PM ifaħħar l-att simboliku tal-Arċisqof

It-Tnejn waqt il-programm Newsbook Hour
il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca pubblikament irringrazzjat
lill-Arċisqof.

“Mument storiku mill-Arċisqof; imiss pass ieħor”

Attivisti Laburisti jfaħħru l-ġest tal-Arċisqof

The post “Hemm bżonn naħdmu għar-rikonċiljazzjoni vera” – L-Arċisqof appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here