Home Net News Hedded lil ommu li kien ‘se jħabbatha mar-redentur’ fl-għassa tal-Pulizija

Hedded lil ommu li kien ‘se jħabbatha mar-redentur’ fl-għassa tal-Pulizija

2
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ ta’ 17-il sena, li ismu ma jistax jixxandar għax għadu taħt l-età ġie mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima ġie mixli li hedded u insulenta lil ommu bi kliem dispreġġativ fosthom li qalila ‘li se jħabbatha mar-redentur’.

Il-Qorti ordnat biex l-akkuat jinżamm fis-sezzjoni tal-adolexxenti tal-ħabs wara li l-Ispettur Oriana Spiteri ressqitu l-Qorti. Huwa ġie mixli li għajjar lil ommu u heddidha verbalment u dan kollu waqt li kien fl-Għassa tal-Pulizija. Kien akkużat ukoll li hedded lil uffiċjali tal-puliżija li ntervjenew biex iwaqqfuh.

Iż-żagħżugħ wieġeb li mhux ħati għall-akkui miġjubin kontrih. L-avukat tal-għajnuna legali Martin Fenech, qal fil-Qorti li t-theddid sar fis-saħna tal-argument u li l-argument bejniethom eskala sproporzjoalment meta kienu l-għassa. Qal li l-omm kienet lesta li tilqgħu f’darha u li ż-żagħżugħ ma attakkax l-ommu fiżikament.

L-Ispettur Spiteri oġġezzjonat għal-libertà proviżjorja minħabba li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet dwar akkużi ta’ vjolenza domestika u peress li għad iridu jixhdu terzi persuni. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-liberta ‘ proviżjorja u bagħtet liż-żagħżugħ il-ħabs sakemm jinstemgħu ix-xhieda.

The post Hedded lil ommu li kien ‘se jħabbatha mar-redentur’ fl-għassa tal-Pulizija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here