Home Net News Ċinkwina Balzanija

Ċinkwina Balzanija

4
0
SHARE
Advertisement

Rapport: George Cassar

BALZAN………… 5

MOSTA………….. 0

Balzan: K.
Naumovski, A. Loof, S. Bezzina, M. Johnson, A. Kosoric (Z. Grech 85’), P.
Fenech (M. Grima 83’), S. Pisani, U. Ljubomirac, R. Correa, S. Dimic (R.
Scicluna 76’), A. Majdevac

Mosta: A.
Vella, D. Xuereb, D. Brown, T. Farrugia, C. Grech (Z. Brincat 46’), M. Muchardi
(K. Gatt 89’), L. Villareal, A. Roach, J. Diouf, Weverton, M. Jallow (D.
Bonnici 77’)

Imwissija: R.
Correa 45’ (B), A. Vella 67’ (M), J. Diouf 72’ (M)

Skorjaw: U.
Ljubomirac 3’, A. Loof 26’, A. Majdevac 41’, A. Majdevac –pen. 79’, R. Correa
85’ (B)

Referee: Slobodan
Petrovic

Assistenti Referees: Thomas Debono, Paul Apap

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Uros Ljubomirac (Balzan)

BOV Plejer tal-logħba: Andrija Majdevac (Balzan)

Balzan irreaġixxew tajjeb wara żewġ riżultati negattivi u skurjaw ħames
darbiet kontra Mosta. Il-partita kienet deċiża bi tliet gowls fl-ewwel taqsima,
li mbagħad mewtu t-tieni parti tal-logħba li baqgħet iddominata minn Balzan.

Wara li kienu għamlu serje ta’ tliet rebħiet, din kienet it-tieni telfa
konsekuttiva għal Mosta wara dik ta’ ġimgħa ilu kontra Floriana. Mosta ħassew
in-nuqqas ta’ Rafael Morisco fid-difiża kif ukoll lil Nikola Kotlov li wkoll ma
kienx fl-iskwadra hekk kif l-Amerikan kien qed ikun fost l-aħjar plejers
offensivi tagħhom dan l-istaġun.

Għal Balzan kien attiv ferm Uros Ljubomirac li kien involut f’ħafna
azzjonijiet fuq il-lemin u kien hu li beda r-rebħa ta’ Balzan wara inqas minn
tliet minuti. Id-difiża ta’ Mosta naqset li tbiegħed il-kross mix-xellug ta’
Stefan Dimic u UROS LJUBOMIRAC kien pront ħataf il-ballun u sparah fix-xibka.

Il-vantaġġ ta’ Balzan irdoppja f’nofs l-ewwel taqsima meta l-gowlkiper ta’
Mosta Andreas Vella waqqa’ lil Andrija Majdevac fil-kaxxa u r-referee Slobodan
Petrovic saffar penalty. Ix-xutt ta’ Andrija Majdevac ħabat mal-mimduda u
mal-art qabel AUGUSTINE LOOF ħa r-rebound u skorja bir-ras.

Żewġ minuti qabel intemmet l-ewwel taqsima Balzan ittriplaw il-vantaġġ
tagħhom meta Ricardo Correa niżżel tajjeb il-ballun lil ANDRIJA MAJDEVAC li
ppenetra d-difiża Mostija qabel tefa’ wara Andreas Vella.

Ir-riżultat parzjali ta’ 3-0 qatel ħafna mill-entużjażmu tal-partita
bil-Mostin ftit li xejn għamlu reazzjoni u sofrew żewġ gowls oħra lejn
it-tmiem. Fid-79 minuta Andrija Majdevac ġera tajjeb għal pass ta’ Uros
Ljubomirac iżda ġie mwaqqa’ minn daħla tard fil-kaxxa ta’ Tyrone Farrugia.
Ir-referee saffar it-tieni penalty tal-logħba li reġa’ mar għalih ANDRIJA
MAJDEVAC li din id-darba skorjah f’dak li kien is-seba’ gowl staġjonali
għall-attakkant Serb.

Balzan approfittaw mill-moral baxx tal-plejers Mostin u żiedu gowl ieħor
ħames minuti qabel skada l-ħin regolamentari. Is-sostitut Ryan Scicluna ta pass
tajjeb lil RICARDO CORREA li evita d-difiża ta’ Mosta u
għaqqad ċinwkina għal Balzan.

The post Ċinkwina Balzanija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here