Home Net News Celtic jikkwalifikaw b’rebħa fl-Olimpico fuq Lazio

Celtic jikkwalifikaw b’rebħa fl-Olimpico fuq Lazio

3
0
SHARE
Advertisement

Celtic kisbu rebħa drmmatika kontra Lazio fl-Olimpico biex aċċertaw minn post fit-tieni fażi tal-UEFA Europa League filwaqt li dan ir-riżultat prattikament jaqta’ barra lil Lazio li jistgħu jikkwalifikaw.
Bidu tajjeb ta’ Lazio li marru minn fuq permezz ta’ Immobile fis-seba’ minuta, iżda Forrest kiseb id-draw fit-38 minuta.
Il-gowl rebbieħ ta’ Celtic wasal fil-95 minuta wara żball ta’ Lazio f’nofs il-grawnd u kien Ntcham li skorja b’lob preċiż.
It-tim l-ieħor Taljan Roma messitu l-istess xorti ta’ Lazio, hekk kif il-Giallorossi sofrew gowl fil-95 minuta u kienu megħlub 2-1 minn Borussia Monchengladbach.
Il-Ġermaniżi marru minn fuq b’awtogowl ta’ Fazio fl-ewwel taqsima, bl-istess Fazio jikseb il-gowl tad-draw għal Roma fit-tieni taqsima.
Fil-95 minuta kien Thuram li b’daqqa ta’ ras skorja l-gowl rebbieħ ta’ Monchengladbach.
Ġurnata pożittiva għall-klabbs Ingliżi fejn kemm Manchester United kif ukoll Wolves ħarġu rebbieħa.
F’Old Trafford rebħa faċli għar-Red Devils 3-0 fuq Partizan Belgrad.
Għal Manchester United gowls ta’ Greenwood, Martial u Rashford.
Wolves għelbu lil Slovan Bratislava 1-0 b’gowl ta’ Jimenez fid-90 minuta.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Wolves kellhom l-opportunita li jmorru fil-vantaġġ iżda Neves falla penalty.

The post Celtic jikkwalifikaw b’rebħa fl-Olimpico fuq Lazio appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here