Home One News Ylenia Carabott tiffirma mal-klabb tal-futbol Taljan Chievo Fortitudo

Ylenia Carabott tiffirma mal-klabb tal-futbol Taljan Chievo Fortitudo

8
0
SHARE
Advertisement

L-attakkanta internazzjonali Maltija, Ylenia Carabott iffirmat mal-klabb tas-Serie B, Chievo Fortitudo.

Din se tkun it-tielet avventura ta’ Carabott barra minn xtutna fil-karriera tagħha meta lagħbet għaż-żewġ clubs Svediżi, Alby FF u Ange IF.

Prodott ta’ Hibernians, Carabott rebħet kull unur li joffri l-football tan-nisa f’pajjiżna qabel ingħaqdet ma’ Birkirkara b’self fil-bidu tal-istaġun li għadda. Iżda wara li għenet lill-Istripes jirbħu d-double hija ngħaqdet magħhom b’mod permanenti.

Carabott hija l-ħames plejer li qed tilgħab barra l-pajjiż bl-oħrajn ikunu Nicole Sciberras (Juventus), Shona Zammit (Pink Bari), Martina Borg (Sassari Torres) u Emma Lipman (Floretina San Gimignano).

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here