Home Net News FL-2018: Aktar minn 17,000 persuna minn barra l-UE ingħataw permess ta’ residenza...

FL-2018: Aktar minn 17,000 persuna minn barra l-UE ingħataw permess ta’ residenza f’Malta

122
0
SHARE
Advertisement

Malta kienet l-aktar pajjiż fl-UE illi ħarġet permessi ta’ residenza, ras għal ras, għal persuni li ġejjin minn barra l-Unjoni. Dan kien żvelat minn ċifri li ħarġu llum mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, il-Eurostat.

Bħala total, fl-2018 inħarġu 17,176 permess ta’ residenza f’pajjiżna. Il-maġġoranza ta’ dawn il-persuni kienu Indjani (2,299), Serbi (2,209) u Filippini (1,650).

L-istatistika turi li 3,400 minn dawk li ġew Malta s-sena li għaddiet għamlu dan għal skop edukattiv filwaqt li madwar 10,200 kisbu l-permess ta’ residenza f’pajjiżna biex jaħdmu Malta. Fi kliem f’sempliċi, f’sena waħda ġew Malta mal-10,000 ħaddiem minn barra l-UE, u allura dan ikisser ukoll l-argument li qed jagħmel ripetutament il-Kap Eżekuttiv ta’ JobsPlus; fi kliem sempliċi, il-ħaddiema barranin li qed jimporta l-Gvern huma ferm aktar minn 10,000 jekk magħhom iżżid ħaddiema li ġejjin mill-UE.

L-ammont ta’ permessi ta’ residenza li qed jinħarġu mill-Gvern Malti għal persuni li ġejjin minn barra l-UE huma sitt darbiet aktar mill-medja tal-UE.

The post FL-2018: Aktar minn 17,000 persuna minn barra l-UE ingħataw permess ta’ residenza f’Malta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here