Home Net News Mattarella jesiġi ftehim malajr għal Gvern ġdid fl-Italja

Mattarella jesiġi ftehim malajr għal Gvern ġdid fl-Italja

5
0
SHARE
Advertisement

Il-President Taljan, Sergio Mattarella, ħeġġeġ lill-partiti politiċi biex
jiffurmaw gvern ta’ koalizzjoni ‘mill-aktar fis’, fil-jiem li ġejjn, bħala
l-uniku mezz biex jevitaw l-elezzjonijiet bikrija fl-Italja.

Dan meta l-Italja, li hi t-tielet l-akbar ekonomija fiz-zona ewro, tinsab
għaddejja minn taqlib politiku wara r-riżenja, din il-ġimgħa, tal-Prim Ministru
Giuseppe Conte.

Ir-riżenja saret fi żmien sensittiv ħafna għall-Italja fost it-tħejjijiet
għall-baġit tal-2020. Il-kriżi politika kienet xprunata mill-Partit tal-Lega
ta’ Matteo Salvini, il-Ministru Taljan għall-Intern, li qal li ma jistax jaħdem
aktar mal-Moviment Cinque Stelle bħala sieħeb fil-koalizzjoni li qed tmexxi
lill-Italja.

Intant, il-President Mattarella beda l-konsultazzjonijiet bil-għan li jitwaqqaf Gvern ġdid u meta ltaqa’ mad-delegazzjonijiet tal-Partit Demokratiku tax-Xellug (PD) u l-Moviment Cinque Stelle, kif ukoll mar-rappreżentanti ta’ gruppi politiċi oħrajn.

Il-Partit Demokratiku tax-Xellug u Cinque Stelle huma avversarji politiċi
iżda diġà jinsabu f’negozjati dwar il-possibbiltà li jmexxu lill-pajjiż
f’alleanza. Dawn iż-żewġ partiti jibżgħu li Salvini – magħruf għall-politika
tiegħu kontra l-immigrazzjoni u l-Unjoni Ewropea  — kapaċi jikseb rebħa kbira li kieku
l-elezzjonijiet ġenerali kellhom isiru llum, fl-Italja

Mattarella, sadanittant, insista dwar deadline
qasir għan-negozjati u biex hu jara s-sinjali ċari ta’ ftehim għal koalizzjoni
ġdida. Il-President Taljan qed jittama wkoll fi żviluppi konkreti li
jindirizzaw il-kriżi politika f’pajjiżu sa kmieni l-ġimgħa d-dieħla.

Intant, is-swieq tal-Italja dehru li għamlu kambjament għall-aħjar minn
wara r-riżenja ta’ Conte u meta hemm tamiet ġodda li koalizzjoni ‘PD-Cinque Stelle”
tevita l-elezzjonijiet bikrija fuq bażi nazzjonali.

The post Mattarella jesiġi ftehim malajr għal Gvern ġdid fl-Italja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here