Home Net News Luxol preparati biex fin-Norveġja jikkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League

Luxol preparati biex fin-Norveġja jikkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League

6
0
SHARE
Advertisement

Luxol Futsal għandhom mira ċara dik jikkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League. Jekk jagħmlu dan, huma jkunu rrepetew dak li għamlu sentejn ilu meta kienu għelbu fl-Awstrija kienu għelbu lil FC Diamant Linz 7-1, KMF Shkupi 9-2 u Maccabi Tel Aviv 4-3.

Iċ-champions Maltin se jikkompetu l-ġimgħa d-dieħla fin-Norveġja
fi Grupp F kontra ċ-champions ta’ San Marino Fiorentino, il-favoriti fil-grupp
Dinamo Chisinau tal-Moldova u Sjarmtrollan tan-Norveġja. Ir-rebbieħ tal-grupp
jikkwalifika għar-Rawnd Prinċipali li jintlagħab bejn it-8 u t-13 ta’ Ottubru.

Minn dik l-iskwadra għad hemm plejers ta’ esperjenza
Maltin bħal captain Mark Zammit, Gian Carlo Sammut u Andy Mangion kif ukoll
il-plejers barranin Celino Alves, Emil Andrei Raducu u Zvezdan Vukovic li
kollha kienu konfermati.

Fost l-akkwisti li saru, jispikka r-ritorn tal-gowlkiper u captain tat-tim nazzjonali Norveġiż Kenneth Rakvaag li lagħab ma’ Luxol fil-kompetizzjoni Ewropea ta’ sentejn ilu. Ritorn ukoll għall-internazzjonali Sloven Dejan Bizjak li fl-aħħar sentejn lagħab ma’ Lazio. Ġie akkwistat ukoll Everton Veve li lagħab f’pajjiżna fl-aħħar snin flimkien mal-gowlkiper Stefan Vella, il-Ġamajkan Kemmu Degran Jackson u s-Serb Dragan Obradovic.

L-iskwadra ta’ 20 plejer taħt it-tmexxija tal-kowċ Gabriel
Dobre u l-assistent kowċ Clint Cope, se tmur Tromsø n-Norveġja kmieni t-Tnejn
26 ta’ Awwissu. Flimkien mal-iskwadra se jkun hemm il-fiżjoterapist Jean Paul
Bianco, it-tabib Adrian Callus, il-kit maniġers Neil Mifsud u Noel Briffa,
in-nurse tat-tim Charles Zahra u l-physical trainer David Spiteri Luxol huma
taħt it-tmexxija taċ-chairman Joe Aquilina u l-President Mario Vella flimkien
mad-Direttur Tekniku u s-Segretarju u Viċi President Jose da Silva.

Il-logħob ta’ Luxol fi Grupp F

L-Erbgħa 28 ta’ Awwissu: Luxol v Fiorentino 5.00pm

Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu: Dinamo Chisinau v Luxol 5.00pm

Is-Sibt
31 ta’ Awwissu: Sjarmtrollan v Luxol 1.30pm

L-iskwadra ta’ Luxol

Gowlkipers: 1. Kenneth
Rakvaag, 13. Stefan Vella, 15.
Dragan Obradovic

Difensuri: 3. Celino Alves,
4. Kemmu Degran Jackson, 5. Nicola Del Re, 8. Gian Carlo Sammut, 12. Leanderson
Sant’Anna Coriolano, 14. Marrwan Telisi, 16. Gabriel Dobre, 18. Carl Azzopardi,
19. Emil Andrei Raducu,

Attakkanti: 2. Dejan
Bizjak, 6. Everton Veve, 7. Matthew Attard, 9. Mark Zammit, 10. Maicon Da
Silva, 11. Andy Mangion, 17. Zvezdan Vukovic, 23. Aidan Micallef

The post Luxol preparati biex fin-Norveġja jikkwalifikaw mir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here