Home Net News L-ikel bl-ogħla rata ta’ inflazzjoni f’Malta

L-ikel bl-ogħla rata ta’ inflazzjoni f’Malta

8
0
SHARE
Advertisement

L-inflazzjoni
f’pajjiżna żdiedet drastikament meta wieħed iqabbel is-sena li għaddiet
mar-rati ta’ din is-sena.

Filfatt
statistika ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li
fl-inflazzjoni li f’Jannar tas-sena li għaddiet kienet ta’ madwar 0.8%, din
żdiedet għal iktar minn 1.1% f’Jannar ta’ din is-sena.

Ir-rata
baqgħet tiżdied ukoll matul is-sena biex f’Lulju li għadda kienet irreġistrata
f’livell ta’ 1.68%.

L-istatistika
turi li l-ogħla rati tal-inflazzjoni f’pajjiżna kienu rreġistrati fuq l-ikel,
bi 3.77%, u l-akkomodazzjoni b’rata ta’ 2.11%.

Dan ir-rapport isegwi rapport
ieħor li ħareġ fl-aħħar jiem u li ħares lejn ir-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni
Ewropea u taż-żona Ewro.

Dan
tal-aħħar kien sab li Malta hi fost wieħed mill-pajjiżi b’rata ta’ inflazzjoni
ogħla mill-medja tant li f’Lulju pajjiżna rreġistra rata ta’ inflazzjoni ogħla
minn 15 mit-28 pajjiż fil-blokk Ewropew.

Skont
dan ir-rapport, pajjiżna rreġistra rata ta’ inflazzjioni ta’ 1.8% għal dan
ix-xahar – filwaqt li l-medja fiz-zona Ewro kienet ta’ 1.0%.

Malta żammet max-xejra tal-aħħar xhur fejn
l-inflazzjoni kompliet tiżdied b’mod drastiku. B’mod prattiku l-inflazzjoni
tinħass l-aktar fil-ħajja ta’ kuljum, bl-aktar żidiet riċenti f’affarijiet
bażiċi bħall-ħobż, il-ħalib, il-fuel u l-mediċini l-aktar li jolqtu ħażin
il-bwiet tan-nies.

The post L-ikel bl-ogħla rata ta’ inflazzjoni f’Malta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here