Home Net News L-ebda ħjiel meta ser tinfetaħ l-inkjesta pubblika

L-ebda ħjiel meta ser tinfetaħ l-inkjesta pubblika

13
0
SHARE
Advertisement

Għad m’hemmx data stabbilita għall-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bil-Ministru tal-Intern Michael Farrugia li ħarab milli jwieġeb lil dan l-istazzjon dwar dan.

F’rapport dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta ppubblikat f’Ġunju, il-Kunsill tal-Ewropa appella lill-gvern Laburisra biex iwaqqaf inkjesta pubblika bil-għan li jistabbilixxi jekk il-qtil tal-ġurnalista setax jiġi evitat.

Iżda il-Gvern għadu ma ta l-ebda indikazzjoni ċara dwar meta ser tkun qed tibda din l-inkjesta pubblika minkejja li l-Kunsill tal-Ewropa ordna li din issir fi żmien tliet xhur.

Il-Ħamis filgħodu, waqt inawgurazzjoni ta’ vetturi u segweys ġodda għall-korp tal-pulizija, staqsejna lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia dwar meta se ssir din l-Inkjesta, iżda bqajna bla data.

Għalkemm bqajna nippruvaw nistaqsu lill-Ministru dwar meta ser tkun qed tinfetaħ din l-inkjesta pubblika u jekk il-Ministru jagħtix garanzija li l-inkjesta ser tinfetaħ qabel iż-żmien stipulat, dan tal-aħħar baqa jirrepeti l-istess diskors.

Fl-aħħar ġimgħat il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, kien saħansitra offra li tkun posposta l-waqfa Parlamentari fis-sajf sabiex issir votazzjoni dwar it-twaqqif tal-inkjesta pubblika.

Fakkar li l-Gvern ilu jkaxkar saqajh biex jagħmel din l-inkjesta, u kellu jaqla’ ċanfira mingħand il-Kunsill tal-Ewropa biex jittieħed dan il-pass.

Biex issa, il-Gvern reġa’, jew aħjar, għadu, jkaxkar saqajh u l-ebda dettall għadu ma ġie ppubblikat dwar id-data ta’ meta din l-inkjesta ser tibda.

The post L-ebda ħjiel meta ser tinfetaħ l-inkjesta pubblika appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here