Home Net News Ir-Russja: Esperiment uniku b’robot fl-ispazju

Ir-Russja: Esperiment uniku b’robot fl-ispazju

5
0
SHARE
Advertisement

Ir-Russja, fl-aħħar sigħat, tellgħet rokit li qed
iġorr fuqu robot ‘modifikat bħal bniedem’ għal vjaġġ lejn l-Istazzjon Spazjali
Internazzjonali.                                  

It-tlugħ sar mill-cosmodrome ta’ Baikonur fil-Kazakhstan u mistenni li r-rokit –
tat-tip Soyuz MS-14 – jasal fid-destinazzjoni tiegħu f’xi ħin bejn għada u
l-Ħadd.

Ir-robot bl-isem Fedor ( fil-qasir għal
Experimental Demonstration Object Researh) hu l-ewwel wieħed li r-Russja qatt
tellgħet fl-ispazju.

Fil-fatt, il-robot hu l-uniku ‘passiġġier’ fuq
ir-rokit, skont il-programm tar-Russja biex tipprova sistema ġdida
għas-salvataġġ ta’ kosmonawti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Ir-robot ‘Fedor’ hu twil madwar metru u 80
ċentimetru waqt li jiżen mal-160 kilogramma.

Il-Fedor, li se jdum għaxart ijiem fl-Istazzjon
tal-Ispazju Internazzjonali, għandu ‘jitgħallem’ kapaċitajiet li jinvolvu
t-twaħħil ta’ cables tal-elettriku, flimkien mal-użu tal-għodda li huma utli
waqt emerġenza.

Il-prova tinkwadra fl-iżvilupp tal-programmi
xjentifiċi tar-Russja waqt li hu ttamat li ‘Fedor’ eventwalment, jintuża wkoll
għall-impenji fl-ispazju – inklużi spacewalks.

The post Ir-Russja: Esperiment uniku b’robot fl-ispazju appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here