Home Net News Id-dilettanti tal-Karnival maħsuda- Jean Paul Bonett imut b’xokk elettriku

Id-dilettanti tal-Karnival maħsuda- Jean Paul Bonett imut b’xokk elettriku

9
0
SHARE
Advertisement

Jean Paul Bonett magħruf bħala iċ-Chippy, li kellu 45 sena u hu residenti l-Ħamrun, hu l-vittma ta’ inċident f’maħżen tal-Karnival hekk kif tilef ħajtu wara li ħa xokk elettriku.

Bonett kien qed jagħmel xi xogħol fil-maħżen tal-karrijiet fi Triq Xatt il-Mollijiet, b’rabta mal-karnival tas-Sajf li se jsir fi tmiem il-Ġimgħa li ġej, meta ftit wara l-ħin xokk wara li waqa’ minn fuq karru.

Sabiex jassistu lill-vittma, fuq il-post issejħu ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, fejn il-kundizzjoni tiegħu mal-ewwel kienet serja.

Ftit tal-ħin wara, minkejja t-tentattivi li saru fuq ir-raġel, hu ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Vittma kien involut f’bosta attivitajiet fosthom kien reffiegħ fil-purċissjoni ta’ San Duminku fil-Ħamrun, Uffiċjal tas-sigurtà taċ-Ċentru tad-Detenzjoni tal-Marsa u Impjegat tal-Kumpanija Buffalo Carnival Company.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

Aktar dettalji xħin jaslulna…

The post Id-dilettanti tal-Karnival maħsuda- Jean Paul Bonett imut b’xokk elettriku appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here