Home Net News Trump jissupervja u jħassar żjara fid-Danimarka

Trump jissupervja u jħassar żjara fid-Danimarka

4
0
SHARE
Advertisement

Il-President Amerikan Donald Trump ħassar żjara statali li kellu jagħmel fid-Danimarka.

Dan wara li l-Prim Ministru
Daniża Mette Fredriksen iddeskriviet bħala “assurda” l-idea ta’ Trump li jixtri
l-gżira ta’ Greenland.

Donald Trump ftit tal-jiem ilu kien ta’ x’jifhem li l-Istati Uniti riedet tixtri l-gżira li hija territorju Daniż.

Hu kellu jżur id-Danimakra nhar it-2 ta’ Settembru fuq stedina tar-Reġina Margrethe II .

Tweet ħabbar li ħassar din
iż-żjara permezz ta’ Tweet fejn qal li d-Danimarka hija post speċjali, iżda li
wara l-kummeni tal-Prim Ministru tal-pajjiż fejn qalet li mhix interessati
tiddiskuti l-bejgħ ta’ Greenland, hu kien se jħassar iż-żjara li kellu
ppjanata.

Greenland, minbarra
l-pożizzjoni strateġika tagħha, u t-turiżmu, hija wkoll art sinjura ferm
fir-riżorsi naturali.

The post Trump jissupervja u jħassar żjara fid-Danimarka appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here