Home Net News Taljan isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn tal-linja

Taljan isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn tal-linja

5
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 21 sena sofra ġrieħi ta’ nautra serja wara li waqa’ minn fuq tal-linja.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm tal-bieraħ meta l-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fl-inħawi ta’ Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar direzzjoni lejn Triq il-Kosta.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel Taljan, kien sofra xi ġrieħi f’inċident fuq tal-linja.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Taljan isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn tal-linja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here