Home Net News Sewwieq ta’ mutur jinqaleb f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur jinqaleb f’Birkirkara

6
0
SHARE
Advertisement

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi ta’ natura gravi meta għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur Honda li kien qed isuq. Kawża ta’ dan hu nqaleb.

Il-Pulizija ġiet infurmata dwar dan l-inċident għall-ħabta tal-4.45pm tal-bieraħ. Huma marru immedjatament fuq il-post.

Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 33 sena residenti l-Pietà l-isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Sewwieq ta’ mutur jinqaleb f’Birkirkara appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here