Home Net News Sentenza sospiża wara li weġġa’ gravi meta prova jaħrab

Sentenza sospiża wara li weġġa’ gravi meta prova jaħrab

5
0
SHARE
Advertisement

Mohammed Sellem, Marokkin li ħarab mid-detenzjoni f’Ħal Safi, ingħata sentenza sospiża wara li l-Qorti rat kif kien weġġa’ gravi fil-proċess tal-ħarba lura fil-15 ta’ Lulju.

Quddiem
il-Maġistrat Victor Axiaq, l-Ispettur Roderick Attard spjega kif l-akkużat kien
parti minn grupp akbar ta’ detenuti li ħarbu mill-Barracks ta’ Ħal Safi, b’dawk
kollha li ħarbu, minbarra Sellem, weħlu sitt xhur ħabs.

L-akkużat
wieġeb li hu ħati tal-akkuża u appella għall-umanità tal-Qorti, hekk kif ingħad
li saħansitra qatta’ xahar l-isptar u għamel żewġ operazzjonijiet.

L-Ispettur
Attard insista fuq il-ħabs madankollu l-avukat tad-difiża ssuġġerixxa sentenza
sospiża li taqbel aħjar iċ-ċirkostanzi li hemm għidut li l-ħabs hu ffullat tant
li xi priġunieri qed jorqdu fl-art.

Il-Maġistrat
sab lill-akkużat ħati bl-ammissjoni tiegħu stess u filwaqt li kkundannah 6 xhur
ħabs, issospenda s-sentenza għal perjodu ta ‘sentejn.

L-Avukat Joe Brincat, li deher għall-akkużat.

The post Sentenza sospiża wara li weġġa’ gravi meta prova jaħrab appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here